Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni fil-każ ta’ qtil ta’ Eleanor Mangion Walker fejn żewġha Andrew jinsab mixli bil-qtil tagħha.
Omm il-vittma kien imissha tixhed u tat elenku għal dak li għamlet fl-ewwel jiem ta’ Lulju, l-istess perjodu fejn allegatament inqatlet il-mara.
L-omm sostniet li l-aħħar darba li rat lil bintha kien is-Sibt tnejn ta’ Lulju filgħodu meta kienet qed tniżżel xi għamara mit-taraġ tal-appartament li kellha fis-Swieqi.
L-omm spjegat li l-għada l-Ħadd tlieta ta’ Lulju, l-istess jum ta’ meta bintha instabet mejta f’garaxx f’Ħal Qormi rat lil Andrew ftit żmattat.
Huwa kellu jiġbor lit-tifla li kienet fuq dgħajsa ma’ xi ġirien iżda kien baqa’ ma ġabarhiex.