Dalgħodu kompla l-ġuri fil-konfront tal-pulizija li qed jiġi akkużat li stupra kollega tiegħu fl-Għassa tal-Imsida.
F’awla numru 14, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, l-akużat qed jiġi akkużat ukoll li ffastidja sesswalment kollega oħra fil-karozza tas-servizz.
Fl-ewwel jum tal-ġuri, ilbieraħ, xehdet l-ewwel allegata vittma, filwaqt li llum bdiet ix-xhieda tagħha t-tieni allegata vittma.
Fuq il-pedana tax-xhieda, ix-xhud irrakkuntat episodju meta, fil-karozza tal-Pulizija, l-akkużat kien qalilha biex tpoġġi quddiem, u qalet li kien għadda xi kummenti li bdiet tiżloqlu idu u beda jpoġġi jdejh fuq saqajha, ħaġa li saret aktar minn darba u li kienet tgħidlu li trid tinżel mill-karozza.
F’episodju ieħor qalet li meta kienet qed tixtri minn vending machine huwa biesha u hu imbuttatu biex ma jerġax jagħmilha. Spjegat li meta t-tnejn li huma indunaw li l-akkużat qabad magħhom, tkellmu ma’ xi spetturi.
Xhud ieħor kien Pulizija li sal-lum għadu stazzjonat fl-Għassa tal-Imsida. Huwa xehed dwar kif hija mqassma din l-għassa. Huwa qal li waħda mill-vittmi fetħet qalbha miegħu u qalet li l-akkużat ittantaha. Huwa qalilha jekk tridx għajnuna u din baqgħet tilgħab bil-mobile u titbissem.
Qal li qatt ma raha tibki jew imdejqa, u li meta kellha xi duty f’Paceville kienet tibdilha biex tmur l-Imsida.
Il-Pulizija qal li ma ħassux komdu meta kien qed jagħti l-istatement l-ewwel darba għax ħassu qisu qed jiġi interrogat hu.
Waħda mix-xhud qalet li kienet titkellem ta’ spiss ma dan ix-xhud, iżda huwa ċaħad dan.
Xhud ieħor issa huwa s-Surġent Sandro Mangion, li qal li waħda mill-allegata vittmi kienet qaltlu li l-akkuża messilha riġilha. Hu qalilha li se jkun qed jirrapporta lill-Ispettur dwar dan u li din ma riditx.
Pulizija ieħor fuq il-pedana tax-xhieda qal kif waħda mill-vittmi qal li l-akkużat “stupraha ġewwa l-għassa, ma qaltlix kemm il-darba, imma qalet li ġgħalha tagħmel atti orali miegħu u mietet hemm l-affari.”
Huwa, bħal xhieda oħra qal li qatt ma qaltlu li kienet imdejqa fl-Għassa tal-Imsida u li kienet tgħidlu biex tbiddel miegħu biex toqgħod hemm minflok Paceville.