Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca għadha kemm ivvotat hi wkoll, f’Ħal Lija. Dan huwa l-ogħla eżerċizzju ta’ demokrazija, fejn kull ċittadin ikollu l-istess dritt li jeleġġi lil min irid fit-tmexxija ta’ pajjiżu.
Tul il-jum se naraw nies oħra bi rwoli importanti fil-pajjiż, fosthom Joseph Muscat u Simon Busuttil, jixħtu l-vot tagħhom.
Intant s’issa l-andament tal-vot hija waħda kalma. Mhux bħat-traffiku li hemm fid-dinja virtwali, fejn ħafna qed jikkummentaw li jivvotaw permezz ta’ Facebook.