Mara Awstraljana weħlet 3 xhur ħabs wara li vvintat storja li kellha kanċer terminali u ġabret flus mingħand familjari u ħbieb.
Hanna Dickenson ta’ 24 sena rċeviet ftit aktar minn €25,000 fi flus wara li qalet lill-ġenituri tagħha li kellha kanċer, liema flus nefqithom fuq safar u divertiment.
Il-Maġistrat kellha kliem iebes fil-konfront ta’ Dickenson u sħaqet li bl-aġir tagħha kissret il-fiduċja tal-bniedem fil-ġenwinità u għalhekk trid tpatti ta’ għemilha.