Wara li fl-2014 għaddiet il-Youth Work Profession Act, u l-Youth work sar jitqies bħala professjoni, ilbieraħ dan kien ikkonsolidat bl-ewwel għoti ta’ warrants lil 28 Youth Worker.
Waqt l-indirizz tiegħu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport Chris Agius aċċenna għall-fatt li t-twettiq ta’ din il-liġi tat dimensjoni oħra lill-professjoni tal-youth workers. Din kienet wegħda elettorali oħra mwettqa minn Gvern Laburista, li ra l-bżonn li l-ħidma tal-youth workers tingħata d-dinjità li jixirqilha. Il-youth workers jagħmlu ħidma imprezzabbli maż-żgħażagħ u ħafna drabi jmorru barra minn triqthom sabiex jaqdu dmirhom.
L-għoti tal-warrants hija ċerimonja simbolika li pero ser tkun qed tgħin biex tħares wkoll l-interess ta’ dawk li jaħdmu magħhom l-istess youth workers, iġifieri ż-żgħażagħ, kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari. Huwa rringrazzja lil dawk kollha li ħadmu sabiex din il-wegħda elettorali titwettaq.
Il-warrant jiżgura li l-istandards tax-xogħol maż-żgħażagħ kif ukoll jesigi żvilupp professjonali kontinwu għal dawk li jipposjedu warrant. Barra minn hekk permezz tal-Att qed jinżamm reġistru uffiċjali tal-ħaddiema kollha taż-żgħażagħ reġistrati, u l-uffiċjali ta’ kull assoċjazzjoni u socjetà li taħdem maż-żgħażagħ. Minbarra hekk ser tkun wkoll investigata kull allegazzjoni ta’ imġiba ħażina, negliġenza serja jew inkompetenza mill-youth workers sabiex jitharsu aktar iz-zghazagh speċjalment dawk vulnerabbli.
Żewġ youth workers spjegawlna xi jfisser il-warrant għalihom, kif tista’ ssegwi hawn.