Twaqqfet l-Assoċjazzjoni tas-Sidien tal-Midja, rappreżentata minn sitt kumpaniji: Sound Vision, Union Print, MediaToday, Standard Publications, Allied Newspapers, u Media Link.
L-għan ta’ din l-assoċjazzjoni huwa li tipproteġi l-interessi tal-membri tagħha, li tiżgura li kull leġiżlażżjoni jew regolamenti maħruġa, ma jipperikolawx il-benesseri tal-membri tagħha, se tipproteġi l-istruttura ekonomika tas-sidien tal-midja u tiżġura l-avvanz ta’ ġurnaliżmu ta’ kwalità.
L-assoċjazzjoni qed timmira li tistabbilixxi u żżomm djalogu ma’ gvernijiet, istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet tan-negozju, aġenziji internazzjonalim, fost oħrajn.
Din l-assoċjazzjoni hija miftuħa għal dawk l-organizzazzjonijiet kollha tal-midja tal-istampa u diġitali li huma appoġġjati minn kamra tal-aħbarijiet full-time ta’ mill-inqas seba’ ġurnalisti u tliet ħaddiema tal-midja.