Twaqqgħet il-kumplament tal-binja li kien għad fadal f’Miami wara li parti minnha ġġarrfet ftit tal-jiem ilu.
Din id-deċiżjoni ttieħdet hekk kif kien hemm tħassib dwar nuqqas ta’ sigurtà għal dawk li kienu għaddejjin bi tfittxijiet hekk kif mistenni maltemp kbir.
Il-binja twaqqgħet permezz ta’ splussiv.
Kien fl-24 ta’ Ġunju li parti mill-binja ġġarrfet, fejn s’issa 24 persuna nstabu mejta, filwaqt li 121 għadhom meqjusa neqsin.