Mara ttieħdet l-isptar wara li qabdu xi nirien fil-kċina tal-appartament tagħha. Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ dan is-sit li x’aktar in-nirien ġew ikkawżati minħabba li l-mara nsiet il-borma fuq in-nar. Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tat-7:45 ta’ filgħodu f’appartament li jinsab fi Triq Geromino Abos, l-Iklin.
Fuq il-post marru membri tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-distrett, li kkontrollaw is-sitwazzjoni.
Il-mara ttieħdet l-isptar għal aktar kura. Minkejja li l-kundizzjoni tagħha għadha mhix magħrufa ma jidhirx li ġarrbet ġrieħi gravi.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej…