Mara ta’ 59sena mill-Ħamrun indarbet gravi wara li kienet involuta f’inċident ta’ traffiku qrib ir-roundabout tal-Università direzzjoni lejn Birkirkara.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-2:20 ta’ waranofsinhar.
Fuq il-post issejħu membri tal-Protezzjoni Ċivili u Tim mediku li assistew lill-mara sabiex tinħareġ mill-vettura. Hija ttieħdet permezz t’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġiet ċertifikata li sofriet minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.