Aġenzija tal-ivvjaġġar bl-uffiċini tagħha fir-Rabat mhux se tkun tista’ topera aktar. Dan hekk kif itteħditilha l-liċenzja.
Fi stqarrija l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu spjegat kif irrevokat il-liċenzja tal-kumpanija A P C Travel Bureau Ltd fejn kawża ta’ hekk din il-kumpanija mhux se tkun tista’ tieħu aktar prenotazzjonijiet hekk kif m’għadiex illiċenzjata bħala aġent tal-ivvjaġġar.