L-organizzaturi tal-Malta Airshow ħabbru li l-ispettaklu tal-ajru se jkun qed isir. Dan wara li kellha tittieħed deċiżjoni wara s-13:30, hekk kif it-temp dalgħodu ma kienx jippermetti.
Iżda issa li feġġet ix-xemx u t-temp qaleb għall-aħjar l-organizzaturi ħabbru li l-ispettaklu se jkun qed isir skont kif kien skedat oriġinarjament. L-ispettaklu se jkun qed jibda għall-ħabta tat-15:50 sas-18:50 tal-lum.
Ritratt: MIA