Sidien ta’ Boutique Hotel li tinsab fi triq il-Merkanti fil-Belt Valletta ħadu l-liġi b’idejhom wara li bnew sular aktar minn dak li kien propost inizjalment. L-Awotrità tal-Ippjanar qalet li flimkien mad-Direttur tal-Cultural Heritage diġà ħadet il-passi neċessarji.
Il-każ eskala meta meta l-iżviluppatur ma ħax azzjoni mal-ewwel wara li ġie notifikat, fejn minn hemm l-Awtorità bdiet timponi multa kull jum, wara l-makkinarju u għodda ġiet evakwata u l-propjetà ingħalqet sabiex tiżgura li x-xogħlijiet ma jitkomplewx.
L-Awtorità se tkun qed tiddedika aktar riżorsi sabiex iżżomm rutina ta’ monitoraġġ biex jitwaqqaf kull żvilupp illegali fil-Belt Kapitali.