Wara li ttella’ vidjow fuq il-midja soċjali, ta’ ħruġ ta’ likwidu iswed, l-ERA ħadet azzjoni immedjata.
L-ERA wettqet spezzjoni fit-Tank Cleaning Facility ta’ Rikażli, fejn kien osservat ħruġ ta’ likwidu iswed.
Il-compliance officers tal-ERA ordnaw lill-faċilità biex twaqqaf l-attivitajiet kollha b’effett immedjat, u l-ħruġ tal-likwidu kien ikkonfermat li waqaf.
Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.