Matul il-jum tal-Ħadd, f’Ta’ Qali ttellgħet b’suċċess Festa Annimali 2025, b’familji attendew għal ġurnata ta’ ċelebrazzjoni u għarfien favur il-ħarsien tal-annimali.
L-attività ġiet uffiċjalment miftuħa mill-Ministru Anton Refalo u mis-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said. Preżenti għal din l-attività kien hemm ukoll mart il-Prim Ministru, Dr Lydia Abela, id-Direttur għall-Ħarsien tal-Annimali, Joseph John Vella u l-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali, Alison Bezzina.
Matul il-ġurnata, il-familji kellhom l-opportunità li jiltaqgħu ma’ għaqdiet volontarji, veterinarji, trainers u behaviourists tal-annimali biex jiksbu aktar għarfien u servizzi relatati mal-ħarsien tal-annimali.
Numru ta’ voluntiera mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali kienu preżenti wkoll bi klieb li bħalissa qed jinżammu fl-istess dipartiment u li għadhom qed jistennew familja biex tadottahom. Fuq dan ONE News tkellem ma’ mart il-Prim Ministru Lydia Abela.
Naħseb l-iktar ħaġa li spikkat hawnhekk illum f’festa annimali kienet l-imħabba li juru n-nies lejn l-annimali, u fuq kollox l-imħabba li jatuk lura l-annimali, inħeġġeġ lil min hu nteressat illi jaddotta annimal, biex ukoll jiġi hawnhekk jara lil-annimali li qiegħdin disponibbli biex jiġu addotatti, hija xi ħaġa sabiħa ħafna li nkomplu naddottaw.
Dr. Lydia Abela, mart il-Prim Ministru
F’Ta’ Qali tkellimna anke ma’ dawk li attendew għal Festa Annimali.