Ilbieraħ filgħaxija sar il-Ballu tal-Qamar t’Awwissu fil-Palazz Verdala b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Dan kien l-ewwel ballu taħt il-Presidenza ta’ Myriam Spiteri Debono, li żammet din it-tradizzjoni li għandha żewġ għanijiet, li joffri spettaklu u divertiment u fl-istess ħin jikkontribwixxi finanzjarjament għall-fond nazzjonali tal-karità.
Fost dawk mistiedna kien hemm il-Ministru Clifton Grima għan-nom tal-Gvern filwaqt li attenda wkoll l-Kap tal-Oppożizzjoni.
Is-serata kienet animata mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta bi spettaklu mużikali, flimkien ma’ Happy Days Dance Studios.