Il-ktieb 365 ta’ Trevor Żahra, pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers kien ir-rebbieħ tal-premju Nazzjonali tal-Ktieb fil-kateġorija tan-novelli bil-Malti u bl-Ingliż. Dan tħabbar nhar il-Ħamis li għaddha waqt ċerimonja ta’premjazzjoni miżmuma mill-kunsill nazzjonali tal-Ktieb fil-Palazz tal-Preident.
F’diskors qasir, is-Sur Żahra, irringrazzja lill-ġurija ta’dan il-premju prestiġjuż. Huwa spjega li l-ktieb li l-għan ewlieni ta’ dan il-ktieb kien biex aktar nies jaqra bil-Malti.
Is-sinjura Maria Grech Ganado, bil-ktieb tagħha ‘Framed’ kienet ir-rebbieħa tal-aqwa poeżija bil-Malti u Bl-Ingliż. Din ma kinitx l-ewwel darba li Grech Ganado rebħet dan l-unur fis-snin preċedenti, il-poetessa inggħatat l-unur bħala l-ewwel rebbieħea tal-premju poeta Lawreat.
Il-Membru Parlamentari Alfred Sant rebaħ il-Premju għall-kontribut siewi fil-qasam tal-kotba li rrikonoxxa karriera letterarja distinta u sħiħa li dan l-awtur għandu.
L-awtur Joseph Pirotta rebaħ it-titlu fil-kategorija riċerka ta’natura bijografika u storjografikà. Huwa stqarr ma dan l-istazzjon li permezz tal-ktieb tiegħu huwa seta’ juri lil qarrej dak li għaddiet minnha Malta wara l-Gwerra.
Il-premju nazzjonali tal-ktieb huwa l-ogħla premju letterarju mogħti lil awturi, pubblikaturi u illustraturi għal xogħol ippubblikat lokalment is-sena l-oħra. Il-finalisti u rebbieħa f’għaxar kategoriji tal-premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-adulti u sikategoriji tal-Premju Terramaxka huma magħżula minn bord indipendenti tal-aġġudikazzjoni.
Il-President ta’Malta George Vella wera apprezzament għall-isforzi kbar li qed jagħmlu l-awturi. Żied jgħid li permezz tal-kotba Maltin, qed jinżammu l-istandars tal-lingwa tagħna.Il-ministru għall-edukazzjoni u x-xogħol, Owen Bonnici feraħ lill-awturi finalisiti u rebbieħa kollha u rrimarka dwar l-iżviluppi pożittivi fis-settur letterarju Malti.Huwa ħeġġeġ lill-kittieba biex ikomplu jipprattikaw din is-sengħa tant sabiħa.
Għal din l-attivita attenda ukoll il-Prim Ministru ta’ Malta Robert Abela.