Is-Sibt ħamsa ta’ Awwissu sar il-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu fil-Palazz Verdala b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.
Il-President George Vella rringrazzja lil dawk kollha li attendew, għax il-kontribuzzjoni tagħhom hija ferm importanti biex il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tkompli tassisti lil kull min ikollu bżonn l-għajnuna tagħha, fost oħrajn pazjenti li qed jingħataw il-kimoterapija.
Il-pazjenti li ngħataw l-għajnuna għall-kimoterapija żdiedu minn mitejn u ħamsa u erbgħin fl-elfejn u tmintax, għal seba’ mija u sbatax-il pazjent is-sena li għaddiet.
L-ispiża żdiedet minn tmien miljuni u nofs ewro fl-elfejn u tmintax, għal dsatax-il miljun ewro is-sena l-oħra.
Qal, “I take this occasion to thank and praise the officials and staff of the Malta Community Chest Fund who work tirelessly to provide the best service and care to all patients that ask for our help.”
Din kienet il-ħames u l-aħħar edizzjoni tal-ballu organizzata taħt il-Presidenza tal-President George Vella.
F’dan il-kuntest, il-President esprima wkoll apprezzament għall-ħidma li wettaq iċ-Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-Ballu, u rringrazzjah għat-tmexxija, sapport, pariri u gwida tul is-snin.
Qal, “Miriam and I on behalf of the presidency want to personally thank the August moonball chairperson Markeżin Daniel de Petri Testaferrata for his sterling work over the last five years as well as with the other previous editions of this August Moon Ball.”