Rockestra – The Big Jam, kunċert organizzat mill-Malta Community Chest Fund, taħt id-direzzjoni artistika ta’ Paul Borg Bonaci u d-direzzjoni mużikali ta’ Maestro Aurelio Belli, ġabar flimkien lill-Orkestra Filarmonika Nazzjonali u l-aqwa talent lokali li ppreżentaw kanzunetti klassiċi u moderni.
Preżenti għal dan il-kunċert kien hemm il-President Myriam Spiteri Debono, flimkien mar-raġel tagħha Anthony Spiteri Debono, li kif intemm il-kunċert, ingħaqdu mal-kantanti, artisti u mużiċisti tar-Rockestra fejn irringrazzjawhom tal-impenn tagħhom b’risq din il-kawża ġusta. Filwaqt li l-President espremiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ispettaklu offrut matul din l-ewwel edizzjoni taħt il-Presidenza tagħha.
Il-President irringrazzjat lill-eluf ta’ persuni li attendew Rockestra, li bid-donazzjoni tagħhom se jagħtu daqqa t’id lill-fondazzjoni Malta Community Chest Fund biex tkompli tgħin lil dawk li jiġu bżonnha.