Għall-ħabta ta’ 16.50 anzjan ta’ 70 sena ttajjar minn KIA sportage misjuqa minn mara ta’ 41 sena residenti B’Buġia. Ir-raġel qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura. Waħda mill-kareġġjati ngħalqet mill-Pulizija.
Inkjesta Maġisterjali qed titmexxa mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit.