Żagħżugħa ta’ tnax-il sena ddaħħlet l-isptar għall-Kura wara li ntlaqtet minn karozza fi Triq Għajn Xtart f’Marsaxlokk. Hija intlaqtet minn vettura tat-tip BMW 118d M-sport misjuqa minn raġel ta’ 27 sena. Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tfajla l-isptar Mater Dei għall-kura bil-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.