Anzjan ta’ 75 sena minn San Ġiljan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ttajjar minn karozza fil-Ħamrun. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 tat-Tlieta filgħodu fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun, meta r-raġel ittajjar minn karozza tat-tip Ford Escort, misjuqa minn raġel ta’ 31 sena minn Raħal Ġdid.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei u Uffiċjali tal-Pulizija biex jagħtu l-għajnuna meħtieġa lill-anzjan.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.