Se nibqgħu nitkellmu dwar kronaka hekk kif raġel ta’ 65 sena minn San Pawl il-Baħar jinsab fil-periklu tal-mewt wara li għall-ħabta ta’ 12.00pm ittajjar fi Triq il-Ħalel f’San Pawl il-Baħar.
Il-vittma ntlaqat minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 34 sena min-Naxxar.
Ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar fejn ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt. Dwar il-każ infetħet ukoll inkjesta mmexxija mill-Maġistrat tal-Għassa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.