Żagħżugħ ta’ 22 sena minn Tas-Sliema ittajjar minn vettura fi Triq l-Industriji, f’Ħal Kirkop.
Kollox jindika li r-raġel kien se jaqsam it-triq, u tal-karozza waqaflu biex jaqsam. Ma kienx hemm komunikazzjoni tajba bejniethom, b’konsegwenza li r-raġel ittajjar. Is-sewwieq għandu 40 sena, kien qed isuq karozza tat-tip Isuzu u huwa residenti Wied il-Għajn.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura.