Għall-ħabta tal-16.30p.m, seħħ inċident stradali ġewwa Pjazza tad-Dehra, Għajnsielem.
Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru, irriżulta li mara ta’ 75 sena, residenti Għajnsielem sfat milquta minn vettura tat-tip Volkswagen Golf, misjuqa minn ġuvni ta’ 27 sena, residenti n-Nadur.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu lil titlef ħajjitha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat, Għawdex għadhom għaddejjin.