Anzjana ttajret fil-Mosta, fi Triq il-Kungress Ewkartistiku.
L-inċident seħħ ftit qabel id-disgħa u nofs. Il-mara ta’ 77 sena kienet toqgħod il-Mosta stess. Hija ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Dyna li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 68 sena li wkoll huwa residenti l-Mosta.
Din tiġi t-triq prinċiplai ta’ quddiem il-Knisja, li hija triq bieżla ħafna. Fuq il-most issejjħet ambulanza kif jidher fi-ritratt, iżda l-mara mietet ftit tal-ħin wara l-inċident.
Għal xi ħin it-triq ingħalqet għat-traffiku.