Mara mill-Venezwela ta’ 21 sena li tirrisjedi f’San Ġiljan, intlaqtet minn vettura tat-tip Audi A2 li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena li joqgħod il-Gżira.
Dan ġara għall-ħabta tas-13.00 fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u ssejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.