Illum, ftit qabel is-sitta ta’ filgħaxija, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Ħal Tarxien, Paola.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 84 sena, residenti Ħal Tarxien stess, kienet sfat milquta minn vettura tat-tip Daihatsu Terios li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 36 sena li wkoll toqgħod Ħal Tarxien.
Il-mara ta’ 84 sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.