Dalgħodu, għall-ħabta tad-9.15, mara ta’ 70 sena, residenti l-Floriana, għal xi raġuni ntlaqtet minn vann tat-tip Citroen Nemo li kien qed
jinstaq minn raġel ta’ 56 sena li joqgħod Raħal Ġdid. L-inċident seħħ fi Triq Ġlormu Cassar fil-Belt Valletta.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei għall-kura u iktar tard ġiet
iċċertifikata li qiegħda isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.