Mara ta’ sitta u sittin sena minn Ħal Luqa ġarrbet ġrieħi gravi wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fid-disgħa u kwart fi Triq Sant Andrija kantuniera ma’ Triq San Ġorġ f’Ħal Luqa, meta l-vittma ntlaqtet minn vettura misjuqa minn mara ta’ sebgħa u erbgħin sena mill-Imġarr.
Ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.