Golden Bay hija l-għaxar bajja f’pajjiżna li ġiet iċċertifikata bil-Blue Flag.
Preżenti għal din l-okkażjoni kien hemm il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li t-turist ifittex post sigur u għalhekk, il-fatt li aktar bajjiet jiġu ċċertifikati bil-blue flag iserħulhom rashom li l-bajja li se jmorru fiha hija waħda sigura, nadifa, u fuq kollha tilqa’ lill-familha kollha, anke fid-dawl li kull sena, ħafna turisti jiġu Malta biex igawdu mix-xemx u l-bajjiet tagħna.Fi kliemu huwa importanti li nieħdu ħsieb il-bajjiet bil-għan li jkunu attirati swieq ġodda u fuq kollox biex jitgawdew mill-ġenerazzjonijiet futuri.
https://youtu.be/3L_Qg8ZJ6J4