Il-Gvern, b’kollaborazzjoni mal-MITA nieda strateġija nazzjonali dwar is-sigurtà diġitali.
Din għandha sservi ta’ qafas li jipproteġi sistemi, netwerks u informazzjoni fuq l-internet , kif ukoll nies li jagħmlu uzu minn dawn is-servizzi.
Il-Ministru Manuel Mallia qal li l-Kummisjoni Ewropea tqis lil Malta wieħed mill-aktar pajjiżi Ewropej li qed jiżviluppaw b’ rata mgħaġġla. Għaldaqstant il-Gvern, filwaqt li jkompli jħeġġeġ l-użu tajjeb tat-teknologija, irid ukoll jara li jkun hemm qafas strateġiku li jilqa’ għall-isfidi ta’ sigurtà li jinqalgħu.