Tnediet strateġija bil-għan li tegħleb il-mikrobi li qed jiżdiedu u li tant huma b’saħħithom li l-ebda antibijotiku ma jista’ jegħlibom. Fost dawn il-mikrobi hemm l-AMR li daħal f’pajjiżna ftit tas-snin ilu u li qed jiġi affaċjat minn kważi l-pajjiżi kollha madwar id-dinja.
Iżda mhux biss, l-istrateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Prevenzjoni u t-Trażżin tar-Reżistenza għall-Antimikrobiċi f’pajjiżna se tara li teduka lil pubbliku sabiex jipprevjeni milli jiġi infettat b’dan it-tip ta’ mikrobu.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci spjegat x’se tindirizza din l-istrateġija:
“Qegħdin naraw sitwazzjoni fejn għandek mikrobi bħal MRSA, fejn għandek reżistenza għaliha, imma qed nikkurawha billi nnaqsu ‘t-transfer’ tagħha bil-ħasil tal-idejn”.
Malta rreġistrat it-tielet l-akbar tnaqqis fl-użu antibijotiċi fl-Ewropa sa mis-sena 2016, madankollu l-użu tal-antibijotiċi f’pajjiżna għadu wieħed għoli.
Għalhekk din il-kampanja se tara wkoll li teduka kemm lit-tobba u anke l-pubbliku biex ma jieħux antibijotiċi għalxejn. Xi ħaġa li l-Unjoni Ewropea qed iqisuha bħala theddida għas-saħħa pubblika.
Din l-istrateġija nfetħet għall-konsultazzjoni pubblika sad-disgħa ta’ Diċembru.