Politika Strategika Nazzjonali għat-trobbija pożittiva. Dan huwa l-isem ta’ dokument li ġie mniedi dagħlodu dwar atteġġjament pożittiv fit-trobbija li għandhom jużaw genituri u min jieħdu ħsieb lit-tfal. L-interess tat-tfal dejjem għandu jingħata prijorità u jikbru f’ambjent t’imħabba u ħieles mill-vjolenza.
Din il-politika kienet varata dagħlodu u ingħad li l-iżvilupp u it-twettieq tagħha se jkun qed isir f‘kuntest kulturali fejn il-bilanċ ta’ bejn ix xoghol u l-familja jingħata prijorità permezz ta’ diversi miżuri.
Tispikka l-importanza ta’ ħidma preventiva, kemm mal-ġenituri u kif ukoll mat-tfal. Minbarra hekk, il-Ministru għall-Familja u s-Silidarjetà Soċjali Michael Farrugia qal li dan il-Gvern hu impenjat biex jgħin lit-tfal jirnexxu permezz ta’ għajnuna speċifika mill-ġenituri.
Intqal ukoll li l-proċess ta’ żvilupp ta’ din il-politika strateġika għandu jsir minn isfel għal fuq.