L-Istitut tal-Ġurnalisti Malti nieda s-27 edizzjoni tal-kompetizzjoni annwali għall-ġurnalisti magħrufa bħala l-Malta Journalism Awards.
Din is-sena hemm b’kollox hemm dsatax-il kategorija differenti, b’tlieta minnhom ikunu ġodda.
Minbarra l-ġurnalisti nfushom, anke l-edituri u l-kapijiet tal-kamra tal-aħbarijiet jistgħu jagħżlu u jissotomettu xogħol il-ġurnalisti.
Ic-chairman tal-IGM, Karl Wright qal li għal sena oħra, l-IGM qed jimpenja ruħu sabiex ħidmet il-ġurnalisti tkun apprezzata grazzi għas-serata tal-unuri.
Fost id-dsatax-il kategorija, hemm tlieta li huma ġodda. Dawn huma l-kategorija tal-opinjoni, il-kategorija ta’ stejjer umani u zewġ kategoriji b’rabta mal-ħidma tal-Valletta elfejn u tmintax.
Minbarra dawn hemm għadd ta’ kategoriji fosthom dik tal-ġurnaliżmu stampat, dak mxandar, dak elettroniku u anke artikli ta’ opinjoni u l-lingwa Maltija fil-ġurnaliżmu.
Il-finalisti mistennija jitħabbru fis-sebgħa u għoxrin ta’ Marzu filwaqt li r-rebbieħa jitħabbru waqt ċerimonja fis-sitta ta’ Mejju li ġej