VisitMalta nediet in-niċċa turistika militari, bil-għan li tfakkar il-wirt għani li għandna f’pajjiżna.
F’attività mtellgħa mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Heritage Malta ntqal li l-fortifikazzjonijiet, iċ-ċimiterji militari, monumenti li jfakkru s-suldati u siti oħrajn se jservu f’din in-niċċa l-ġdida biex tkompli tiżdied ir-reżiljenza u l-kwalità fis-settur turistiku.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Preżenti għal din l-attività indirizzata mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, Carlo Micallef, kien hemm ukoll il-Ministru responsabbli mill-Wirt Nazzjonali u l-Kultura, Owen Bonnici, rappreżentanti minn Heritage Malta u stakeholders oħrajn ewlenin.