Titnieda l-Malta Movie Trail sabiex titkattar in-niċċa turistika, screen tourism. Din tigwida lit-turisti f’dawk il-films kollha li ttellgħu f’Malt u b’hekk isiru jafu iktar dwarhom.
Nieda dan il-Ministru Edward Zammit Lewis, li tenna matul din il-legiżlatura fl-industrija tal-films kien hemm element qawwi ta’ diversifikazzjoni.
Fil-fatt dan wassal biex ikunu ddedikati aktar flus minn din in-niċċa nnovattiva tant li matul dan l-aħħar erba’ snin kienu ġġenerati €160 miljun f’direct revenue mill-industrija tal-films.
Dawn il-panelli informattivi li qed jiġu mnedija fil-Belt Valletta jagħmlu parti mill-Malta Movie Trail li se tkun qed timmarka numru ta’ films popolari bħal fil-lokalitajiet tal-Belt Valletta, Marsaxlokk u Kemmuna.