“Ma nafux se jġib dak il-jum ta’ xogħol. Bl-għan li nerġgħu lura d-dar. Mas-sirena tħabbat qalbna. Mas-sirena naslu fejn hemm bżonn.”
“Mas-sirena”, hija l-kanzunetta maħruġa mill-Fondazzjoni Simon Schembri Blue Light, il-fondazzjoni li tagħti appoġġ lil ħaddiema li jaħdmu fil-Korpi Dixxiplinarji.
Il-kanzunetta kellha tinħareġ f’Mejju li ġej, f’għeluq is-sentejn anniversarju mill-inċident ikrah tal-fundatur Simon Schembri waqt il-qadi ta’ dmirijietu fil-korp tal-pulizija.
Iżda l-fondazzjoni nediet il-kanzunetta issa sabiex tagħti kuraġġ lill-Forzi tal-Ordni u lil ħaddiema tas-saħħa, li bħalissa għaddejjin bla waqfien jagħtu servizz lil poplu, b’sogru għalihom minħabba l-imxija tal-Coronavirus.
Ħaddiema tas-saħħa, pulizija, uffiċjali ta’ Transport Malta, uffiċjali tal-Faċilità Korettiva ta’ Kordin, ħaddiema tal-protezzjoni ċivili u uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta ingħaqdu flimkien f’melodija waħda, flimkien ma’ kantanti stabbiliti.
“Tinżel xi demgħa jew tnejn. Ħafna dwejjaq jew ferħ. Nistinkaw mill-qalb u nippruvaw nsalvaw ħajja.”
Maqħudin flimkien bħal ma jingħaqdu f’xi operazzjoni fejn isalvaw il-ħajja u jipproteġu lilna ċ-ċittadini.
“Ta’ kuljum noħorġu mid-dar biex nkunu tas-servizz għalik. Il-familji tagħna jistennew sabiex int dejjem tkun dejjem.”
“Mas-sirena tħabbat aktar qalbna u naslu fejn hemm bżonn. Ma naħsbuhiex darbtejn …
Dawn il-ħaddiema salvaw il-ħajjiet. Ir-rispett tagħkhom jimlina b’kuraġġ. Dejjem tagħkhom Simon Schembri.”