Nhar il-Ġimgħa li ġej, pajjiżna se jkun qed jingħaqad ma’ bosta pajjiżi sabiex ifakkar il-Jum Dinji tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Traffikar ta’ Persuni.
Dan permezz tal-Kampanja Blue Heart li l-għan tagħha huwa li titqajjem kuxjenza dwar il-forom differenti ta’ traffikar tal-bnedmin.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ugwaljanza Owen Bonnici li qal kif it-tema ta’ din is-sena hija dik ta’ “L-Ilħna tal-Vittmi Jmexxu t-Triq”.
Il-Ministru Bonnici qal li l-Gvern huwa mpenjat biex iwaqqaf l-ewwel strateġija nazzjonali kontra dan it-traffikar.
Qal, “Sabiex inkomplu mmexxu ’l quddiem il-messaġġ li m’hemmx lok għat-traffikar uman, la f’pajjiżna, la barra minn pajjiżna, lanqas fid-dinja kollha kemm hi.” (10 secs)
Din il-kampanja se titfakkar billi jitpoġġew strutturi b’messaġġi fi Pjazza Tritoni u l-binjiet tal-Gvern ser jinxtelgħu blu.
Spjega, “Aħna llum qed nagħmlu dawn it-tmien banners li hawn warajna biex inġibu aktar għarfien man-nies, kif ukoll il-vittmi jkunu jafu x’għandhom jagħmlu biex jieħdu assistenza u sapport.”