Tnediet uffiċjalment l iskema ta’ trasport pubbliku b’xejn għal żgħażagħ bejn 16 u 20 sena. Din hi miżura li l-Gvern introduċa fil-bidu tal-elfejn u tmintax, fejn żgħażagħ minn sittax sa’ għoxrin sena, se jkunu jistgħu jużaw it-trasport pubbliku, mingħajr ebda ħlas.
Il-Malta Public Transport qed jistennew li madwar tmienja u għoxrin elf persuna se jibdew jivvjaġġaw b’xejn.
Żgħażagħ b’etajiet bejn sittax u għoxrin sena, għamlu total ta’ kważi ħames miljun vjaġġ. B’hekk, il-Gvern din is-sena mistenni jħallas għal dawn il-vjaġġi biex persuni f’dawk l-etajiet, studenti u mhumiex, ikunu jistgħu jivvjaġġaw b’xejn.Is-sistema hi li dak li jkun irid ikollu tal-linja card valida, u b’ammont ta’ kreditu fiha. Meta imbagħad jitla’ f’tal-linja, dan imiss il-card mal-magna biex iħallas tal-vjaġġ b’mod normali, biex imbagħad l-istess flus jiġu rimbursati fix-xahar ta’ wara.