Wara li s-sena li għaddiet, il-poplu Malti u Għawdxi laqa’ bi ħġaru s-sejħa għall-inizjattiva Riġal b’Imħabba, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela għat-tieni sena konsekuttiva ħarġet sejħa oħra.
Fuq Facebook, Dr Abela ħeġġet lil kull min se jkun qed jixtri rigal għall-familji tiegħu biex minn għada filgħodu, jinvestu f’rigal ieħor u jħalluh taħt is-sigra tal-Milied fi Pjazza Kastilja.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Spjegat kif bil-ġenerożità tal-pubbliku, tfal fil-bżonn igawdu dawn iż-żminijiet ta’ festi permezz ta’ rigal ċkejken li jtaffi ftit mill-problemi tagħhom.
Hija ħeġġet lil kulħadd biex jieħu sehem ħalli għat-tieni sena konsekuttiva npoġġu tbissima kbira fuq wiċċ bosta tfal.