Il-Gvern illum nieda konsultazzjoni pubblika bil-għan li jsaħħaħ l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji, l-MFSA.
B’hekk se jkun qed tissaħħaħ l-istruttura kif ukoll ir-riżorsi għas-settur finanzjarju diġitali.
Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet fejn fiha s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri qal li l-Awtorità trid tkompli timxi ‘l quddiem biex iżżomm lilha nfisha aġġornata maż-żminijiet tal-lum.
Scembri spjega li l-MFSA se jkun qed ikollha l-irwol ta’ regolatur iżda x’aktarx se tkun qed tirristruttura l-irwoli kif meħtieġ wara d-domanda li se tkun qed tirċievi wara din il-konstultazzjoni.
Waqt din il-konferenza tkellem ukoll il-Professur Joseph Bannister fejn stqarr li dan hu proċess komuni li jsir internament. Huwa sostna li bl-inklużjoni ta’ teknoloġija diġitali dan il-proċess se jkun siewi għall-ġejjieni.