Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima flimkien mal-Malta Football Association ħabbru konsultazzjoni pubblika sabiex isiru l-aħħar tibdiliet fuq l-abbozz ta’ liġi intitolat Att dwar il-Prezenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport qabel il-Gvern jippreżentah għall-approvazzjoni fil-Parlament.
Din il-liġi mistennija tieħu post l-Att dwar il-Prevenzjoni ta’ Xiri ta’ Players tal-1976 sabiex tkun aġġornata maż-żminijiet preżenti.
Filwaqt li rringrazzja lill-membri tat-taskforce li nħatar apposta u huwa kompost minn rappreżentanti tas-Segretarjat Parlamentari responsabbli mill-iSport, mill-Oppożizzjoni, mill-Intern, mill-uffiċċju tal-Awditur Ġenerali, Sports Malta, Malta Football Association (MFA) u mill-Malta Gaming Authority.
Dr Clifton Grima qal li l-Gvern huwa kommess li ser ikun qed jiġġieled kull tip ta’ korruzzjoni jew influwenza esterna fl-iSport. Għaldaqstant ġaladarba l-aħħar reviżjoni tiġi ffinaliżata, jerġa jitlaqqa’ t-taskforce u sussegwentement jiġi preżentat fuq il-mejda tal-għola istituzzjoni tal-pajjiż wara l-vaganzi tas-Sajf.
Il-Gvern qed iressaq dawn il-proposti, li huma bbażati fuq il-konklużjonijiet milħuqa mit-taskforce:
- Tipprovdi tifsira ġdida għal ‘korruzzjoni fl-isport’ li tinkludi d-dimensjoni ġdida tar-reat;
- Titwessa l-ġurisdizzjoni għall-prosekuzzjoni tal-persuni mixlija;
- Iżżid it-terminu ta’ ħabs u multi għall-persuni misjuba ħatja, partikolarment persuni li huma involuti f’għaqdiet sportivi, kumpaniji tal-gaming u awtoritajiet pubbliċi;
- Tintroduċi l-kunċett ta’ ‘inside information’ fid-definizzjoni ta’ korruzzjoni sportiva;
- Tiskwalifika persuni misjuba ħatja ta’ reati ta’ korruzzjoni fl-isport milli jattendi.
Id-dokuemnt ta’ konsultazzjoni kista’ jiġi mniżżel mis-sit edu.gov.mt/cleansport u proposti jew suġġerimenti jintbagħtu sal-4 ta’ Ottubru 2017.