Il-Gvern nieda konsultazzjoni mas-suq għall-Iċċekkjatur tal-Ortografija u l-Grammatika tal-Malti.
Dan se jwassal biex il-lingwa Maltija jkollha l-iċċekkjatur tagħha fuq pjattaforma diġitali bħal-lingwi oħra internazzjonali.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Kultura Josè Herrera waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Il-Ministru Herrera qal kif din il-konsultazzjoni se twassal biex il-lingwa Maltija tibqa’ ħajja u tiżviluppa f’era diġitali.
Huwa qal, “Pass kbir ‘il quddiem. L-unika li hu nieqes minnu l-ilsien Malti huwa t-teknika moderna, fis-sens, li m’hemmx pjattaforma ta’ intelliġenza artifiċjali tat-teknoloġija, biex tippromovi l-lingwa tagħna.”
Min-naħa tiegħu, l-Uffiċjal li qed jieħu ħsieb din l-inizjattivà flimkien ma’ oħrajn qal kif din il-konsultazzjoni se tagħlaq sal-aħħar ta’ Ġunju u wara se jsir rapport sabiex jaraw li dan ċ-ċekkjatur ikun tal-ogħla livell.
Is-Sur Mangion fisser: “L-għan aħħari huwa li jkollna pedamenti sodi u li jkollna soluzzjoni fl-aħħar, li nistgħu nintegraw fiha soluzzjonijiet iktar u li tkun dak li għandu x’jaqsam mal-lingwa Maltija tkun, isma minn hemmhekk ħiereġ l-uffiċjali, biex ngħidu hekk.”