Waqt konferenza tal-aħbarijiet Fr Martin Micallef stqarr li hemm erba’ skopijiet wara l-attività tal-Festa ta’ Ġenerożità.
Hu qal li din issir sabiex il-pubbliku jkun jista’ jiltaqa’ mar-residenti li jara l-għadd ta’ proġetti li saru grazzi għall-ġenerożità tal-poplu u li waslu għal differenza f’ħajjet il-mija u għaxar resident.
Skop ieħor hu li fl-istess waqt jinġabru fondi biex jisaħħah is-servizz u jitwettqu proġetti oħra bħal dak ta’ dar ġdida fil-Balluta.
Kull sena, id-Dar tal-Providenza jkollha spiża ta’ €4 miljuni u kull ċenteżmu, stqarr Fr Martin Micallef, imur biex titjieb ħajjet ir-residenti.