Tnediet edizzjoni oħra ta’ Premju Anzjanità Attiva. Premju li ngħata żvolta ġdida għaliex żdiedu premijiet oħra – premju anzjanità sportiva, akkademija u koppja miżżewġa.
Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis. Il-fatt li l-premju ġie estiż għal kategoriji oħra juri l-bżonn li jintlaħqu iżjed anzjani biex b’hekk tinħoloq iżjed kuxjenza li l-anzjani huma mutur tas-soċjetà.
Dan huwa l-Gvern li reġa’ ta dinjità lill-anzjani qal dan Decelis u għalhekk il-bżonn li premju li daħal sew fil-kalendarju Malti jkun estiż u jagħti rikonoxximent akbar lejn il-kontribut li jagħtu lejn is-soċjetà.
L-applikazzjonijiet għal dan il-premju diġà infetħu u dawk eleġibbli għalih huma l-anzjani minn 60 sena ‘l fuq.
Sas-6 ta’ Ottubru jagħlqu u minn hemm l-applikazzjonijiet jgħaddu taħt bord apposta.