L-Awtorità tal-Ippjanar ħadet azzjoni ta’ infurzar u ordnat it-tneħħija ta’ blokka tal-konkrit mibnija illegalment, li tul is-snin waslet għall-kawża ta’ numru ta’ inċidenti fil-Bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala.
L-istruttura llegali, mibnija qabel l-2012 u għolja 3 metri, kienet mibnija bil-ġebla tal-franka u blokka tal-konkrit, kienet post popolari mall-għawwiema li pprovaw il-ħiliet tagħhom fil-qbiż fil-baħar b’riskju li jweġġgħu lilhom infushom mal-blat ta’ taħt l-ilma.
Id-Direttorat tal-Infurzar talab lit-Taqsima tal-Artijiet tal-Gvern u l-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu biex ineħħu din l-istruttura li kienet ukoll tkerrah il-madwar. Ix-xogħol ta’ twaqqigħ sar matul il-jiem li għaddew.