Il-pjattaforma fit-triq quddiem stabbiliment f’San Ġiljan tneħħiet wara kontrolli neċessarji.
Waqt seduta parlamentari lbieraħ il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg wieġeb għall-mistqosija mill-Oppożizzjoni rigward din il-pjattaforma li tpoġġiet fit-triq min stabbiliment f’San Ġiljan.
Il-Ministru Borġ tenna kif din kienet konformi mal liġi tal-Awtorità tal-Ippjanar hekk kif għaddiet mill-proċessi kollha kif tirrikjedi il-liġi tal-ippjanar. Wieħed mill-proċessi saħansitra kien jinkludi perjodu fejn f’każ ta’ oġġezzjoni, l-pubbliku u entitajiet, inklużi kunsilli lokali setgħu jissottomettu l-oġġezzjonijiet tagħhom.
Hekk kif ma tressqet l-ebda oġġezzjoni rigward din l-applikazzjoni l-permess inħareġ mill-Awtoritaà tal-Ippjanar.
Madankollu rriżulta ukoll li l-istabbiliment ma kellu l-ebda permess mill-Awtorità tal-Artijiet sabiex iqiegħed il-pjattaforma. B’riżultat ta’ dan iktar kmieni illum wara nofsinhar l-istess Awtorità bagħtet it-taqsima tal-infurzar sabiex il-pjattaforma titneħħa minnufih.