Serb ta’ 24 sena li kien kkundannat ħames snin ħabs kellu s-sentenza mnaqqsa b’sena wara mġiba eżemplari fil-ħabs.
Il-każ seħħ fl-2017 meta Simic kien involut f’argument ma’ Ryan Magro f’ħanut tax-xorb fejn tah daqqa ta’ tazza tal-ħġieġ.
Quddiem il-Qorti tal-Appell il-kaptan Nigel Bruno mill-faċilità korrettiva ta’ Kordin qal li Simic kien priġunier eżemplari u li dejjem ikkopera mal-uffiċjali. Huwa qal ukoll li Simic involva ruħu fi programm ta’ tisjir fil-ħabs.
Fid-dawl ta’ dan, il-Qort rriformat is-sentenza u naqsitha b’sena b’ħabs.