Raġel li kien instab ħati li seraq mara b’sikkina sentejn ilu, tnaqssitlu s-sentenza fil-Qorti tal-Appell.
Id-difiża argumentat li l-akkużat, li kien weħel 3 snin ħabs, ma ngħatax sentenza ġusta għaliex kienet waħda iebsa żżejjed għal dak li kien għamel ir-raġel.
L-Imħallef Consuelo Scerri Herra rat kif fl-ewwel Qorti l-Prosekuzzjoni bbażżat biss fuq dak li qal il-vittma rigward il-valur tal-oġġetti misruqa u kien għalhekk li naqset is-sentenza tal-imputat għal 18–il xahar ħabs.