Fil-Qorti tal-Appell Raymond Mifsud ta’ 49 sena minn Ħal Luqa tnaqqsitlu l-piena b’seba’ snin.
Oriġinarjmanet Mifsud kien weħel ħdax-il sena ħabs fuq traffikar ta’ nisa u prostituzzjoni f’farm house f’Ħal Luqa.
Madankollu l-Imħallef Edwina Grima ma sabitux ħati f’kull akkuża li nstab ħati fuqha qabel u argumentat li huwa kellu jinstab ħati fuq l-aktar reat gravi.
Kien għalhekk li l-Qorti tal-Appell ikundannatu għal erba’ snin ħabs.
L-Imħallef ordnat ukoll li l-farm house li Mifsud kellu f’idejh m’għandiex tiġi konfiskata dan għaliex din filfatt hija art tal-Gvern Malti.
Dan il-każ kien ħareġ fil-beraħ fl-elfejn u erbgħa u kien qajjem bosta diskussjoni.
Fost l-oħrajn numru ta’ nisa Russi kienu sostnew li nżammu maqfula f’razzett u ġew mġiegħla jipprostitwixxu ruħhom.
Waħda min-nisa kien irnexxilha toħroġ il-każ fil-beraħ wara li ċemplet lil qraba tagħha u dawn minnufih infurmaw lill-Pulizija Russa u l-Ambaxxata tar-Russja f’pajjiżna.